Il-Logotenent Kurunell irtirat Mario Schembri se jokkupa l-kariga ta’ Direttur tal-Konformità u l-Infurzar Ambjentali fi ħdan l-Awtorità tal-Ambjent u Riżorsi.
Dan wara proċess ta’ sejħa pubblika.
Il-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera saħaq illi dan huwa pass ieħor importanti sabiex il-ħarsien ambjentali jingħata l-prijorità meħtieġa.
Żied jgħid li permezz ta’ dan il-pass, l-Awtorità se jkollha fi ħdanha direttur iffukat fuq l-infurzar ambjentali biex il-kapital naturali ta’ pajjiżna jingħata l-protezzjoni minn diversi aspetti, inkluż dawk legali, strateġiji u viżjonijiet ċari, kif ukoll permezz ta’ infurzar effettiv.
Il-Logotenent Kurunell irtirat, Mario Schembri għandu karriera twila fl-infurzar, kemm fil-Korp tal-Pulizija kif ukoll fil-Forzi Armati ta’ Malta.
Fost oħrajn kien involut f’diversi operazzjonijiet fil-ġlieda kontra t-tniġġis tal-baħar biż-żejt, u rrapreżenta l-Forzi Armati fil-Qorti u fil-mezzi tax-xandir.