Aktar minn 800 impjegat tal-kumpanija Bertch Cabinets f’Iowa għadhom kif ħadu sorpriża mhux tas-soltu, dan hekk kif l-imgħallem tagħhom ħallsilhom ġita lejn il-Karibew għax-xahar id-dieħel. Dan tħabbar mill-kumpanija fuq il-paġna tagħhom tas-sit soċjali Facebook.
“Se nkunu qed nitilqu fit-8 ta’ Jannar,” qal il-President tal-kumpanija, Gary Bertch.
Bertch qal lill-impjegati li se jkun qed joħodhom ġita bħala ringrazzjament talli għenew lill-kumpanija tilħaq il-miri għas-sena 2016, dan hekk kif kien offra dan il-kruż bħala inċentiv fil-bidu tas-sena.