Ġiet imġedda s’għada id-data li fiha għandek ċans żżomm il-wegħda mat-tfal.
Kien fit-2 ta’ Novembru li tħabbar li twettqu x-xewqat kollha tat-tfal imniżżlin f’Children’s Dreams. Kampanja li kull Milied twettaq ix-xewqat ta’ mijiet ta’ tfal minn madwar il-gżejjer Maltin.
Fost ix-xewqat li kien hemm imniżżlin uħud mit-tfal xtaqu neċessitajiet fosthom kupuni tal-ikel għall-famitlhom jew ħwejjeġ.
Inizjalment id-data meta l-aħħar wieħed seta’ jieħu r-rigali kienet sal-lum, iżda ttieħdet deċiżjoni li jġeddu d-data b’ġurnata. Għalekk jekk għadek ma wassaltx ir-rigali li wegħdt li se tagħti, għadek fiċ-ċans biex iżżomm il-wegħda ma’ dawn it-tfal.