Ġiet mġedda sħubija strateġika bejn centrecom u servizz.gov. Dan il-ftehim ser jara li jiġi żgurat l-għoti ta’ servizz ta’ kwalità ogħla minn dak li qed jingħata.
Filfatt tul is-sena l-oħra ġew sodisfatti sitt mitt elf klijent li ċempel għal xi mistoqsija jew problema.
Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar innota wkoll kif fil-bidu li beda jingħata servizz kien hawn ħames ċentri reġjonali iżda llum f’pajjiżna hawn tlieta u għoxrin ċentru.
Dan filwaqt li ħames snin ilu kien jingħata mitejn u ħamsin servizz u llum qed hemm elf u mitejn servizz minn post wieħed.
“B’mod tanġibbli diġa rajna l-ħames snin li għaddew x’sarraf. Issarraf f’servizz pubbliku li minn wieħed problematiku u anke ‘issue’ politika fl-elfejn u tlettax, illum il-ġurnata huwa servizz pubbliku li jirbaħ l-‘awards’, imma l-ikbar sodisfazzjoni ikun li biddilna s-servizz pubbliku fih innifsu.”
Il-Kap taċ-Ċivili fisser kif is-sena l-oħra, l-app ta’ servizz.gov ġiet imniżżla tlieta u għoxrin elf darba.