L-iskema mħabbra f’Ġunju 2016 b’baġit ta’ €5 miljun f’għotjiet għal ġenerazzjoni ta’ enerġija nadifa permezz tal-installazzjoni tal-pannelli fotovoltajċi għas–settur domestiku intlaħqet f’qasir żmien.
Minħabba r-rispons qawwi għal din l-iskema li kellu r-Regulatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, flimkien ma’ talbiet mid-diversi setturi fosthom l-istakeholders prinċipali għal estensjoni ta’ din l-iskema, ġie deċiż li s-somma allokata għal din l-iskema tiżdied b’€2 miljun.
Għaldaqstant, is-somma totali biex titqassam f’għotjiet lill-applikanti interessati f’din l-iskema issa telgħet għal seba’ €7 miljun. Ir-Regolatur se jkompli jilqa’ applikazzjonijiet sakemm tintlaħaq din is-somma.
Dan se jkompli jgħin biex pajjiżna jkollu aktar enerġija nadifa u biex Malta tilħaq il-miri tagħha tal-2020, filwaqt li l-familji jkunu qed jibbenefikaw minn rohs fil-kontijiet tal-elettriku tagħhom.