Il-Malasja qed tistaqsi lill-Korea ta’ fuq għal għajnuna biex ifittxu lill-uffiċjal tal-ambaxxata li x’aktarx għandu konnessjoni mal-qtil ta’ Kim Jong-nam, ħu Kim Jong-un.
Hjon Kwang Song hu wieħed fost tliet persuni li qed jiġi mfittex b’rabta ma’ dan il-każ, fejn fosthom hemm ukoll impjegat tal-linja tal-arju tal-istat.
L-Ambaxxata tal-Korea ta’ Fuq ċaħdu kategorikament dawn ir-rapporti.
Kim Jong-nam, inqatel f’attakk fil-kapitali tal-Malażja tmient ijiem ilu, f’Kuala Lumpur. Il-Pulizija tal-Malażja qalet li kien qed jistenna fl-ajruport għal titjijra lejn Macau, meta mara għattietlu wiċċu permezz ta’ biċċa drapp, u ħarqitlu għajnejh.