Il-pulizija qalet li sabet raġel li kien imfittex għaliex kellu jidher quddiem il-Qorti.
Mingħajr ma ppubblikat isem għaliex kien identifikat diġà, il-pulizija kienet qalet li tixtieq issib ir-raġel u għalhekk talbet għall-għajnuna.
Madwar tmien sigħat wara l-pulizija ħabbret li r-raġel instab.