Fil-Jum tal-Ġimgħa ġie ċċelebrat Jum l-Erwieħ kollha.
Minkejja li diversi tradizzjonijiet u użanzi marbuta ma’ dan il-Jum u kif ukoll maċ-ċerimonja marbuta mal-mewt bħall-armar tat-tubru u s-sitt xemgħat li jdawru t-tebut f’funeral, għadha b’saħħitha dik taż-żjarat fiċ-ċimiterji.F’Jum l-Erwieħ huma bosta l-persuni li jerħulha lejn iċ-ċimiterju sabiex isellmu lill-għeżież tagħhom li ħallew din id-dinja u b’sinjal ta’ rispett ifakkru l-memorja ta’ dawk li ħallewna permezz ta’ bukkett fjuri jew xemgħa fuq qabarhom.
ONE News żar iċ-Ċimiterju tal-Addolorata f’Raħal Ġdid f’dan il-Jum fejn tkellimna mall-bejjiegħa tal-fjuri fost oħrajn li kkonfermaw li minkejja l-ħajja mgħaġġla xorta waħda n-nies għadhom jirrikoru fuq l-oqbra ta’ dawk għeżiż għalihom.
Il-fjuri apparti s-sinifikat tagħhom iservu wkoll biex isellmu l-memorja ta’ dak li jkun u għalhekk l-għażla tkun l-aħjar waħda minkejja l-flus.
Din l-użanza fost il-Maltin tibqa’ waħda b’saħħitha minkejja ċ-ċelebrazzjonijiet pjuttost moderni u li writna minn pajjiżi oħra marbuta mal-festa ta’ Halloween li wkoll daħlet fil-kalendarju kulturali Malti.
Dawk imdaħħlin fiż-żmien matul dan il-jum jisimgħu sa żewġ quddisiet sabiex joffruhom għall-erwieħ tal-mejtin tagħhom.