Il-Ħadd filgħodu gew imfakkra l-Membri tal-Korp tal-Pulizija li ħallew id-dinja permezz ta’ quddiesa u tqegħid tal-fjuri fuq l-oqbra tal-Korp tal-Pulizija – dan bħala parti mill-attivitajiet fil-ġimgħa ddedikata lill-Pulizija. Fil-fatt il-Korp tal-Pulizija se jkun qed jiċċelebra l-203 sena mit-twaqqif tiegħu.
Għal din iċ-ċerimonja attendew ukoll bosta familjari tal-membri tal-Pulizija li m’għadhomx magħna.
Wara minuta ta’ silenzju fuq il-qabar tal-Pulizija, tpoġġew kuruni ta’ fjuri fuq l-oqbra tal-Korp, fost oħrajn mill-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia u l-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar.