F’temp mill-isbaħ illum tfakkret l-Indipdendenza ta’ pajjiżna. Jum l-Indipendenza hija waħda mill-ħames festi nazzjonali li għandna Malta, flimkien ma’ Jum il-Ħelsien, Is-Sette Giugno, Il-Vitorja u Jum ir-Repubblika. Dan il-jum l-Indipendenza ifakkar il-kisba tal-indipendenza tal-gżejjer Maltin mir-Renju Unit nhar il-21 ta’ Settembru 1964.
Il-programm li jafkkar dan il-jum beda b’marċ tal-Forzi Armati ta’ Malta li quddiem il-Parlament il-ġdid, li kompla tul Triq ir-Repubblika.
Id-Deputat Prim Ministru Louis Grech qiegħed iservi bħala Aġent Prim Ministru, hekk kif il-Prim Ministru Joseph Muscat qiegħed ikompli bl-impenji tiegħu barra minn xtutna.
Wara l-marċ segwiet quddiesa fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, imbagħad sar it-tqeghid tal-fjuri fuq il-monument tal-Indipendenza. Hawn jidhru l-ogħla uffiċjal tal-pajjiz; l-Aġent President, l-Agent Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni.