Cliff Micallef. Ċiklist ta’ 45 sena li tilef ħajtu 10 snin ilu, iżda l-memorja tiegħu għadha tidwi ma’ numru kbir ta’ nies. Dan kien evidenti hekk mit-tifkira tal-anniversarju ta’ din il-ġurnata traġika. Il-grupp li jaħdem favur id-drittijiet taċ-ċiklisti appella għal iktar infurzar fit-toroq u spjegaw kif għadhom iħabbtu wiċċhom ma’ diversi paprati li jafu jiswew il-ħajja ta’ xi ħadd kif kien ġara fil-każ ta’ Cliff Micallef.
Preżenti għal din l-attività kien hemm ukoll il-mara ta’ Cliff flimkien mat-tlett itfal tagħhom li ma jixtiequ xejn iktar ħlief li l-istorja ta’ missierhom ma terġax tirrepeti ruħha.