Illum, id-9 ta’ Mejju qed jiġi mfakkar Jum l-Ewropa iżda din is-sena b’differenza minħabba li l-Ewropa kollha hija affettwata mill-pandemija tal-Coronavirus.
Waqt id-dikjarazzjoni tal-Presidenti li tikkomemora s-70 anniversarju mid-Dikjarazzjoni ta’ Schuman, intqal li dan l-anniversarju wasal f’perjodu meta l-Unjoni Ewropea huwa ferm importanti. Dan għaliex dan l-anniversarju qed jiġi mfakkar meta l-Ewropa qed taffaċċja l-akbar kriżi minn tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija.
Din is-sena se jsiru ċelebrazzjonijiet virtwali minħabba s-sitwazzjoni preżenti. L-avveniment ‘bibien miftuħa’ li jsir ta’ kull sena u li jistieden liċ-ċittadini Ewropej sabiex iżuru l-Parlament Ewropew, din is-sena qed isir taħt l-isem jum miftuħ virtwali.
Se jiġu organizzati wkoll avveniment u wiriet b’mod virtwali li jittrattaw it-tema tas-solidarjetà u l-miżuri li qed tieħu l-Unjoni Ewropea sabiex tiġi indirizzata l-imxija tal-Coronavirus u l-effetti li din qed tħalli fuq l-ekonomija.
Illum se jkun laqgħa bejn il-President Sassoli u organizzazzjonijiet madwar l-Ewropa fis-settur tal-Ewropa. Din il-laqgħa għandha t-tema: “Il-kuraġġ “Il-kuraġġ biex naġixxu: il-lezzjoni ta’ Schuman 70 sena wara.”
Filwaqt li aktar tard iż-żewġ Viċi Presidenti tal-Kommunikazzjoni Otharas Karas u Katrina Barley mistennija jieħdu sehem f’dibattu dirett li hu miftuħ għaċ-ċittadini Ewropej.