F’attività dalgħodu il-Malta Unborn Child Movement proponiet Konferenza Nazzjonali dwar l-Ekoloġija tal-Ġuf, flimkien mal-Uffiċju tal-Ispeaker, is-sehem tal-Partiti Politiċi u għaqdiet oħra favur il-ħarsien tal-ħajja. Konferenza bil-għan li tiddiskuti il-ħarsien tal-ħajja fil-ġuf.
Fl-attività fl-isfond tal-opra ta’ Caravaggio, fl-oratorju tal-Kon-Katidral San Ġwann, rapreżentanti tal-partiti politiċi f’Malta waslu l-messaġġi tagħhom illum, f’jum il-ħajja.
Għan-naħa tal-Gvern u l-Partit Laburista tkellem il-Whip Godfrey Farrugia li saħaq kif jeżisti qbil unanimu kontra l-abort, li spjegah bħala forma t’Olokawst ieħor.
Farrugia spjega kif il-liġi Maltija tirrikonoxxi l-ħajja sa mill-konċipiment u li tkun favur il-ħajja tfisser ukoll li jkollok ruħ soċjali u tkun kontra kull abbuż ta’ dawk li l-inqas għandhom vuċi.