Il-jum tal-għaxra ta’ Settembru qed jimmarka l-Jum Dinji għall-Prevenzjoni tas-Suwiċidju. Ta’ kull sena madwar id-dinja huwa stmat li mat-800,000 persuna jmutu kawża ta’ dan l-att. Dan ifisser li persuna kull erbgħin sekonda twettaq suwiċidju. Is-suwiċidju huwa fenomenu internazzjonali li jista jseħħ tul il-ħajja kollha tal-bniedem. Statistika tal-Għaqda Dinjija għas-Saħħa tgħid ukoll li għal kull persuna li twettaq suwiċidju ikun hemm għoxrin oħra li jippruvaw iwettqu dan l-att.L-istess statistika turi wkoll li s-suwiċidju huwa t-tieni l-aktar kawża tal-mewt fost iż-żgħażagħ.
F’pajjiżna kull min ikollu bżonn s-servizzi tas-Saħħa Mentali jista’ jagħmel dan mingħajr ħlas. Persuni li jkunu f’mument ta’ kriżi jistgħu imorru fid-Dipartiment tal-emerġenza fejn hemhekk jarahom tim ta’ tobba speċjalizzati fil-qasam tal-psikjatrija. Dawn is-servizzi huma kollha mingħajr ħlas u meta xi ħadd ikun qed iħoss li għandu bonn l-għajnuna jew jibdew jiġuh ħsibijiet li se jwettaq suwiċidju għandu jċempel fuq in-numru tal-emerġenza 112.