L-eksMinistru Nazzjonalista u Perit Michael Falzon kiteb dwar kif il-liġi li se tirriforma d-Dipartiment tal-Artijiet. Hu qal li hija attentat onest mill-leġiżlatur biex jiggarantixxi indipedenza.
Falzon kiteb dwar din il-liġi fil-Maltatoday u nnota kif anke hawn l-Oppożizzjoni adottat attitudni negattiva lejn din il-liġi.
Żied li l-aħbar dwar it-twaqqif ta’ awtorità ġdida għall-artijiet hija waħda li jilqa’ għax id-Dipartiment tal-Artijiet kellu l-problemi taħt diversi amministrazzjonijiet.
L-Awtorità se titmexxa minn bord ta’ għaxar gvernaturi u saħansitra se jkun hemm fuq dan il-bord deputat tal-Oppożizzjoni.
Xi ħaġa li kienet deskritta bħala attentat serju biex it-tmexxija tad-Dipartiment tal-Artijiet tkun lil hinn mill-Gvern. Filwaqt li deċiżjonijiet kbar oħra mhux se jibqgħu fid-deskrizzjoni esklussiva tal-Ministru. Saħansitra hemm każi fejn il-Ministru jrid imur il-parlament.
Jinnota wkoll kif il-Kap Eżekuttiv jinħatar wara sejħa pubblika u se jkun hemm uffiċjal tal-awditjar bis-saħħa li jinvestiga kull rakkomandazzjoni jew deċiżjoni.