“Grazzi tas-sehem li qed tagħtu biex inkomplu nsaħħu l-Kura Primarja”
Dan kien l-awgurju li ta l-Ministru għas-Saħħa lir-rebbieħa tal-Primary Healthcare Awards 2016, meta aktar kmieni llum iltaqa’ magħhom waqt riċeviment tal-okkażjoni.
Il-Ministru Fearne qal li, kuntrarjament għal dak li kien isir qabel, il-Gvern preżenti qiegħed verament jinvesti fil-kura primarja, u mhux sempliċement jaħseb fihom jekk ikun fadal xi ħaġa. Huwa qal li l-investiment fil-kura primarja qed jinkludi wkoll investiment fir-riżorsi umani, u dan qed iwassal sabiex il-pazjenti jingħataw servizz aħjar.
Preżenti għar-riċeviment kien hemm ir-rebbieħ tal-Ħaddiem tas-Sena Mario Scalpello, il-ħaddiema taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid li ġew l-ewwel fost iċ-Ċentri tas-Saħħa kollha, u it-tim tal-Ispeech & Language Pathologists, li ġew l-ewwel fost it-timijiet tal-professjonisti.
Congratulations to the Primary #Healthcare Award Winners: #Paola Health Centre, Mario Scalpello and #Speech Language Pathologists. pic.twitter.com/LndJHcvgdd
— Chris Fearne (@chrisfearne) January 4, 2017