Il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela faħħar id-dedikazzjoni tal-Pulzija li jaħdmu fl-Uffiċju tal-Kondotti.
Dawn il-Pulizija għandhom rwol importanti fil-Presidenza tal-Kunsill f’pajjiżna hekk kif qed isir stħarriġ dwar il-kondotti u l-passat ta’ persuni li se jkunu involuti fil-ħidma tal-Presidenza 2017. Sa issa diġá ġew ivvetjati 9,000 persuna.
Sal-aħħar tal-Presidenza hu mistenni li jigu vverifikati madwar 25,000 persuna.