Il-Frontex faħħret il-mod kif kienu mħarrġa membri mill-Forzi Armati ta’Malta li kienu stazzjonati fl-Ewropa fuq missjonijiet tal-Frontex.
Ir-Relazzjoni bejn Malta u Frontex hija waħda impekkabbli f’dik li hija ħidma ta’salvataġġ tal-immigranti fuq l-art u fuq il-baħar, u dan irrikonoxxiħ id-direttur eżekuttiv, Fabrice Leggeri.
Tkellimna mal-logotenent Andre Buhagiar, li ħadem għal xahar sħiħ fil-Bulgarija dwar din l-esperjenza unika. Fil-kumment tiegħu huwa spjega li xogħolhom kien li josservaw il-fruntieri, fejn kienu jagħmlu spezzjonijiet b’vetturi apposta u jużaw apparat adegwat. Buhagiar fisser kif kienu jaraw wkoll immigranti jipprovaw jaqsmu l-fruntiera llegalment.
Spjega kif dak li ra quddiem għajnejh waqt il-missjoni ma kellux x’jaqsam ma dak li qabel kien jara fuq it-televiżjoni.
Il-Ministru Carmelo Abela qal li fl-aħħar tlett snin erba mitt suldat Malti assista fl-operazzjonijiet tal-frontex, l-operazzjoni Triton u Poseidon. U dawk kollha li servew hawnhekk kienu ambaxxaturi li għamlu unur kbir lil pajjiżna.
Min-naħa tiegħu Leggeri qal li Frontex u Malta se jkomplu jsaħħu r-relazzjoni tagħhom waqt il-Presidenza Maltija f’dik li hija sigurta nazzjonali.