Il-Kamra tan-negozji ż-żgħar u medji laqgħet b’mod pożittiv l-miżura tal-Gvern fejn fiha ħabbar sussidju qawwi ta’ 2.5% fuq interessi ta’ self li jieħdu n-negozji.
Fi stqarrija l-Kamra qalet li permezz ta’ din l-inizjattiva ser ikun faċilitat self li ma kienx possibbli mingħajr l-intervent tal-Gvern.
Qalet ukoll kif din l-iskema hija għodda importanti mhux biss sabiex jiġu salvagwardjati n-negozji imma wkoll sabiex terġa’ tirpilja l-ekonomija f’pajjiżna.
“Dan is-sussidju fuq self se jfisser li l-iskema ta’ garanzija bankarja mill-bank tal-iżvilupp se tkun miftuħa għan-negozji żgħar u medji”, saħqet il-kamra tal-intrapriżi.
L-istess Kamra laqgħet b’mod pożittiv l-involviment ta’ numru ta’ banek li qed jipparteċipaw f’din l-inizjattiva.
Fil-fatt il-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji appellat sabiex il-banek jimplimentaw dan is-sussidju fuq ir-rata ta’ interessi u jnaqqsu l-burokrazija għal din l-inizzjattiva.