Fl-aħħar pubblikazzjoni tal-Fond Monetarju Internazzjonali, l-IMF, l-esperti jbassru li Malta se tikber b’5% din is-sena u b’4% is-sena li ġejja. Dawn huma l-ogħla rati fl-Unjoni Ewropea kollha.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-rapport magħruf bħala l-World Economic Outlook jisħaq li, din is-sena, iż-Żona Ewro se tikber b’0.8% biss, jew sitt darbiet inqas minn Malta, u s-sena d-dieħla t-tbassir hu ta’ 1.2%, li wkoll hu tliet darbiet inqas minn dak għal pajjiżna.
L-IMF itenni li diversi ekonomija Ewropej se jaraw tnaqqis fl-ekonomiji tagħhom, fosthom l-Irlanda, l-Awstrija, l-Estonja u l-Finlandja, waqt li l-Ġermanja mistennija tistaġna, b’ekonomija tagħha eżatt bħall-2023.