Rapport tal-Fond Monitarju Internazzjonali, l-IMF, jgħid li din is-sena, pajjiżna se jkollu t-tieni l-akbar tkabbir ekonomiku minn fost is-27 Stat membru tal-Unjoni Ewropea.
Dan hekk kif pajjiżna mistenni jkollu rata ta’ tkabbir ekonomiku ta’ 6.2%.
Hawnhekk ir-rata ta’ pajjiżna hija d-doppju tal-medja tal-pajjiżi fiż-Żona tal-Ewro. Dan hekk ir-rata tal-medja tat-tkabbir ekonomiku fiż-Żona tal-Ewro hija ta’ 3.1%.
L-uniku pajjiż Ewropew li se jkollu tkabbir ekonomiku iżjed minn ta’ pajjiżna, huwa l-Irlanda.
Ir-rapport tal-IMF qed ibassar ukoll li s-sena d-dieħla, pajjiżna se jkollu fost l-akbar tkabbir ekonomiku minn fost l-Istati membri tal-Unjoni Ewropea.
Dan hekk kif ir-rata ta’ tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna fis-sena 2023 mistennija tkun ta’ 3.3%.
Anki hawnhekk ir-rata ta’ pajjiżna se tisboq sew ir-rata ta’ tkabbir ekonomiku fil-mejda taż-Żona tal-Ewro, li hija ta’ 0.5%. Dan ifisser li r-rata ta’ pajjiżna, is-sena d-dieħla, se tkun ta’ kważi ta’ 3% iżjed minn dik tal-medja taż-Żona tal-Ewro.
Ir-rapport tal-IMF qed jgħid ukoll li r-rata ta’ qgħad f’pajjiżna, din is-sena, se tkun ta’ 3.2%.