Id-diskors lill-partitarji nazzjonalisti dwar id-dejn tal-partit irid ikun mgħarbul sew sostnew magħna imkejjen fid-Dar Ċentrali.
Għax jirriżulta li d-dejn li deher li kien ikkontrollat minn naħa intefa fuq naħa oħra. Il-Partit Nazzjonalista tefa dejn fuq il-kumpaniji tiegħu biex id-diskors ta’ Simon Busuttil dwar kemm tejjeb il-qagħda finanzjarja fil-verita jiswa ftit li xejn.