L-ispirtu tal-Milied jinħass fi Pjazza tal-Maxtura f’Bethlehem bis-siġra mżejna, it-twieqi tal-ħwienet mixgħula bid-dawl festiv. Iżda, il-folla ta’ madwar miljun viżitatur li jitolbu kull sena fil-Knejjes f’Bethlehem se tkun assenti.
L-Insara mill-mhedda ta’ Gaża ġew imċaħħda l-aċċess għal Ġerusalemm fejn hemm tiġi ċċelebrata l-Quddiesa ta’ nofsilejl fi 80 knisja. Sa 24 siegħa qabel, ħadd ma kien jaf li l-aċċess għal Bethlem huwa magħluq.
Minflok il-ferħ li jġib dan iż-żmien, qed isaltan il-kaos hekk kif l-awtoritajiet militari Iżraeljani, li jikontrollaw il-mhedda ta’ Gaża, imblukkaw l-aċċess għall-Insara li jkunu ġejjin minn Gaża u li jkunu qed jistennew dan iż-żmien tant speċjali għalihom.