“Tifel ta’ ftit kliem, imma b’qalb kbira.” Kien dan il-kliem li omm Nick Agius bi dmugħ f’għajneja, iddeskrivit lil binha, li kien vittma tat-triq.
Kellhu biss 27 sena meta l-uniku iben ta’ dawn il-ġenituri tilef ħajtu, Nick kien l-iktar persuna għażiża għalihom. Dan iż-żagħżugħ kien qed isuq il-mutur meta tilef ħajtu f’inċident fatali. Il-ġenituri ddeskrivew fuq il-programm ARENA l-weġa’ ta’ meta omm u missier jaraw lill-binhom ħiereġ mill-bieb iżda qatt ma jerġa’ jidħol lura.