Ingliża ta’ 19-il sena li nstabet ħatja li gidbet dwar allegat stupru f’lukanda f’Ċipru f’Awwissu li għadda, ġiet ikkundannata 4 xhur ħabs sospiżi għal tliet snin u kiener ordnata tħallas €148 f’danni. Hija dehret ħierġa mbikkma mill-Qorti wara l-għoti tas-sentenza.
Barra l-Qorti spikkaw numru ta’ għaqdiet favur id-drittijiet tan-nisa li taw l-appoġġ tagħhom lit-tfajla u qalu li għadhom jemmnuha. Ommha, li wkoll kienet preżenti, qalet lill-midja li tinsab sodisfatta ferm li issa hi u bintha jistgħu jirritornaw id-dar.