L-Arċisqof ta’ Malta l-Monsinjur Charles Scicluna bierek l-estenzjoni taċ-ċimiterju tal-Addolorata. Għal dan kien hemm preżenti wkoll id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.
Dan sar ftit ġimgħat qabel ikunu ffinalizzati l-kuntratti tal-bejgħ tal-180 qabar f’din l-estenzjoni l-ġdida.
Sal-ewwel kwart tas-sena d-dieħla se jkunu tlestew mas-700 qabar ieħor.
B’kollox din l-estenzjoni se jkollha 2,870 qabar ġdid, li wħud minnhom għadhom jistgħu jinxtraw mid-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali.