Il-Ħadd filgħodu sar it-tberik tal-annimali quddiem il-Knisja ta’ San Franġisk fil-Ħamrun fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Franġisk.
Din it-tradizzjoni li ssir kull sena bdiet b’quddiesa fid-disgħa ta’ filgħodu. Għall-ewwel darba nħarġet l-vara ta’ San Franġisk quddiem il-Knisja ta’ San Franġisk fil-Ħamrun.
Hekk kif inħarġet l-vara, quddiem il-Knisja ġew imberkin l-annimali, wieħed wieħed. Dan sar mill-Gwardjan tal-Parroċċa, Joseph Magro.
Kien hemm diversi annimali domestiċi għat-tberik, fosthom klieb, għasafar u ponijiet. Wieħed seta’ jinnota l-ferħ fuq wiċċ it-tfal meta bdew jaraw lil annimali tagħhom jiġu mbierka.
One News tkellem mal-Gwardjan tal-Parroċċa, Joseph Magro. Huwa qal li din kienet l-ewwel darba li l-istatwa inħarġet barra mil-parroċċa għat-tberik tal-annimali.
Spjegalna ftit kif din il-festa tiġi ċċelebrata.
Irrimarka li l-festa ta’ San Franġisk hija festa żgħira fil-Ħamrun, pero’ bosta nies jattendu għaliha.
“Tkun anke naqa iktar speċjali. Qatt ma ħriġna l-istatwa barra aħna fil-fatt, ma nagħmlux purċissjonijiet. Festa żgħira ħafna u xtaqna li għat-tberik tal-annimali noħorġu l-istatwa ta’ San Franġisk għax aħna ma ninsewx li San Franġisk, fl-għotja tal-pjagi.”