Tmiem il-ġimgħa huwa wieħed mistenni mill-bosta hekk kif f’pajjiżna ssir festa ta’ kuluri u xalata ta’ talent artistiku hekk kif il-Ħamis issir iċ-ċerimonja li se tkun qed tiftaħ is-separju tal-Karnival.
Iżda ma tantx hija aħbar tajba għad-dilettanti li jaħdmu bla heda matul is-sena biex ipaxxu l-għajnejn u joffru pjaċir u għal dik l-omm jew missier li prepara l-kostum għat-tfal dan hekk kif is-Sibt u l-Ħadd, l-uffiċju meterjoloġiku qed ibassar li tagħmel ix-xita.
Iżda żgur li xi ftit xita mhux se tkun qed twaqqaf lid-dilettanti milli jagħtu eżebizzjoni mill-isbaħ.
Aqra aktar: IL-PROGRAMM FINALI TAL-KARNIVAL