Hekk kif il-bidu ta’ din il-ġimgħa kienet iddominat mix-xita, ir-ragħad u s-sajjetti, jidher li dawn se jibqgħu magħna fil-maġġoranza tal-jiem matul din il-ġimgħa.
Fil-fatt, matul il-jum tal-Erbgħa huwa mbassar li jkollna riħ u ħalbiet tax-xita bir-ragħad.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Ħamis mistenni jkollna riħ u xita.
Dan filwaqt li l-Ġimgħa huwa mbassar li jkollna possibbiltà ta’ ħalbiet tax-xita.
Is-Sibt qed ikun imbassar li jkollna ħalbiet tax-xita u l-Ħadd u t-Tnejn it-temp mistenni jkun ftit imsaħħab.
L-inqas temperatura mistennija tinżel 16-il grad Celsius filwaqt li l-indiċi UV se jinżlu għal 4 matul il-ġimgħa u 3 matul il-jiem tal-Ħadd u t-Tnejn.
Intant, qed ikun imbassar li bejn l-Erbgħa u l-Ħamis pajjiżna jista’ jgħaddi minn maltempata qawwija.