Wara li fl-aħħar jiem kellna temp xemxi minkejja li t-temperatura baqgħet baxxa, huwa mbassar mill-Uffiċju Meterjoloġiku li se jkollna tmiem il-ġimgħa bix-xita. It-temp matul il-jum tas-sibt kien wieħed imsaħħab u huwa mistenni li aktar tard matul il-jum tagħmel ix-xita.
It-temp għall-Ħadd jidher li se jkun wieħed imsaħħab, bix-xita u bis-sajjetti f’xi ħinijiet. Iżda l-maltemp mhux mistenni li jieqaf mal-bidu ta’ ġimgħa ġdida hekk kif għall-jiem tat-Tnejn, Tlieta, l-Erbgħa u l-Ħamis huwa mbassar li tagħmel ix-xita.
It-temperaturi, minkejja li aktar għoljin mill-aħħar jiem, xorta se jkunu qed jinżlu għal 8 gradi celcius.
Il-kesħa fl-Ewropa tkompli tippersisti, b’pajjiżi ftit ‘il bogħod minn Malta miksija bil-borra.