Għal dawk kollha li jħobbu t-temp kiesaħ bix-xita u l-maltemp, mela din il-ġimgħa se tkun waħda għal qalbhom.
Dan għaliex skont l-Uffiċċju Metereoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għada t-Tnejn 21 u t-Tlieta 22 ta’ Jannar t-temperatura se tkun ta’ 16-il grad celsius.
Nhar l-Erbgħa t-temperatura se tinżel għal 14-il grad celsius u l-Ħamis u l-Ġimgħa se tkompli tinżel għal 13-il grad.
Ix-xita u maltempati bir-ragħad ma jonqsux.
Għalhekk lestu l-umbrelel, ir-raincoats u ilbsu sħun.
Sors: L-Uffiċċju Metereoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta