Daphne Caruana Galizia ħarġet tgħajjat mill-awla tal-Maġistrat Francesco Depasquale, waqt is-smigħ tat-talba ta’ Galizia biex jitħassru l-mandati ta’ sekwestru li għamel il-Ministru Cardona u l-avukat Joseph Gerada.
Fil-ħin li l-avukat Pawlu Lia beda jispjega għaliex talbu għall-piena massima, qabdet tgħajjat f’ nofs l-awla u telqet ‘il barra. Lia semma’ fost oħrajn kif Caruana Galizia kkawżat ħsara kbira mhux lill-Ministu biss imma lill-uliedu ukoll. Caruana Galizia ma felħitx tisma’ li l-kitba tagħha hija oxxena u kattiva u li u qed toħloq il-mibegħda fost il-Maltin.
L-avukat Lia għamel referenza ukoll għan-numru kbir ta’ drabi meta Caruana Galizia naqset milli turi lealta lejn il-qorti billi tidher meta jkollha kawża jew tħallas il-multi u qal li għalhekk sar il-mandat fil-konfront tagħha.
Ħarġet tgħajjat li hi mhijiex qed tagħmel ħsara lill-ulied tal-Ministru Cardona. Għamlet għaxar minuti barra u reġgħet daħlet lura fl-awla.
Għal dan il-Maġistrat Depasquale wissa lil avukat ta’ DCG u qallu li qatt m’hu se jerġa jaċċetta dan it-tip ta’ għaġir fl-awla tiegħu.