Il-mużew tas-santwarju f’Ħaż-Żabbar se jilqa’ esebizzjoni ta’ pittura mill-artist Antonio Mifsud. Autumn hues jew Ilwien il-Ħarifa huwa t-titlu ta’ din l-esebizzjoni personali. L-esebizzjoni se tkun miftuħa għall-pubbliku mit-3 sal-25 ta’ November 2018 kuljum bejn id-9.00 u nofsinhar.
Mifsud qiegħed jippreżenta kollezzjoni ta’ pittura b’tema profana, rurali jew astratt. Jispikka it-timbru personali tiegħu bi stil vivaċi u b’kuluri b’saħħithom.
Jinawgura l-wirja Dr. Gorg Mallia; akkademiku, awtur u artist.