Iċ-ċermionja tal-ftuħ tal-programm tal-Presidenza Maltija għall-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mistennija tirrifletti t-temi li Malta se tisaħaq fuqhom tul il-Presidenza.
Żfin Malta se jeżebixxu l-produzzjoni Bahr, biċċa xogħol oriġinal, li turi d-diffikultajiet li jgħaddu minnhom immigranti huma u jipprovaw jilħqu xtajta Ewropej.
‘Bahr’ hija l-kelma antika għal baħar, u tissimbolizza l-mobiltà u l-identità.
ONE se jkun qed ixandar il-Presidenza b’mod dirett bil-programm Pjazza jibda fil-ħamsa u jkompli biex ixandar l-avvenimenti li se jkunu għaddejjin f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.
Il-maestro u direttu artistiku tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, Brian Schembri, ħa ħsieb madwar sebgħin mużiċist se jkun involut fl-ispettaklu, b’mużika oriġinali ta’ Albert Garcia.
L-għan ewlieni ta’ Malta fil-Presidenza Ewropea hija li tagħti sens ta’ direzzjoni. Fosthom fuq l-immigrazzjoni, fejn Malta qed tgħid li anke min jikkritika l-impożizzjoni Ewropea fuq il-qsim tal-piż, issa għandu jesprimi x’soluzzjonijiet oħra jeżistu.
Prioritajiet oħrajn għal Malta fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena huma s-suq waħdieni u d-diġitaliżazzjoni tal-ekonomiji favur il-ħolqien ta’ aktar impjiegi, is-sigurtà Ewropea, l-inklużjoni soċjali, u s-settur marittimu.
(Filmat – Niels Plotard)