Riċetti antiki, qwiel li m’għadhomx jintużaw, drawwiet ta’ dari.
Ebda minn dawn ma huma assoċjati mad-dizzjunarji, iżda manuskritt li nkiteb fis-seklu tmintax żewweġ dan kollu mal-intenzjoni propja ta’ dizzjunarju.
Dan inkiteb mill-Kanonku Ġan Piet Franġisku Agius De Soldanis, u wara iktar minn 250 sena mistur, issa qed ikun mitbugħ għall-pubbliku.
Tkellimna ma dik li mexxiet it-tranżizzjoni minn manuskritt għal ktieb, Rosabelle Carabott.