Il-lejl li għadda tpoġġa lqugħ mal-Bajja s-Sabiħa ta’ Birżebbuġa bħala prekwazzjoni biex tipproteġġi lill-għawwiema wara li saret ħsara f’kontejner u ħareġ żejt magħmul tal-ikel.
Dan hekk kif l-istess kontener ġarrab xi ħsarat wara li ntlaqat b’mod aċċidentali. Fi stqarrija l-Malta Freeport spjega kif spezzjoni wriet li ż-żejt ma nfirix għaż-żona tal-għawm iżda li minkejja dan xorta ttieħdet kull prekwazzjoni.
L-inċident seħħ meta l-kontejner intlaqat bi żball u ż-żejt tal-ikel, li jservi biex tiġi magħmula fosthom il-marġerina, spiċċa fuq il-moll u fit-terminal.
Kienet is-sena li għaddiet li wara investiment ta’ €30,000 l-Freeport investa f’ilqugħ sabiex iżżomm kull tip ta’ tniġġis milli jasal mal-bajja.