Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi, ma sab l-ebda involviment tad-Deputat Prim Ministru Ian Borg fl-għoti ta’ direct orders lil kumpaniji privata meta ġew ippreżentati l-istudji preliminari dwar il-possibilità ta’ metro taħt l-art f’pajjiżna.
Għaldaqstant għalaq l-ilment li tressaq quddiem l-uffiċċju tiegħu.
L-ilment, għal darb’oħra, infetaħ mill-kandidat indipendenti Arnold Cassola f’Mejju tal-2022, u bbażat fuq spekulazzjoni tax-Shift News.
Fuq il-midja soċjali, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin, Ewropej u l-Kummerċ laqa’ d-deċiżjoni, waqt li kompla jgħid li jemmen li d-diskussjoni dwar jekk għandux ikollna trasport tal-massa għandha tissokta.