Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, l-Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi, ċaħad ilment li daħħal il-Professur Aarnold Cassola kontra l-Prim Ministru Robert Abela.
Hawnhekk Cassola allega li l-Prim Ministru qed jiddefendi xi għoti ta’ liċenzji tas-sewqan, bil-Kummissarju jgħidha iswed fuq abjad li “l-Prim Ministru ma ddefendiex l-allegat aġir li huwa s-suġġett ta’ proċeduri fil-qorti kriminali.”
Il-Prim Imħallef Emeritu jgħid ukoll li hu ma jidhirlux li l-Prim Ministru għandu “jinsab ħati ta’ ksur ta’ etika minħabba opinjoni li esprima…” Huwa tenna li “bħala regola ġenerali, għandu jkun hemm raġunijiet aktar speċifiċi biex ministru jinsab ħati ta’ ksur ta’ etika talli jesprimi opinjoni: per eżempju, jekk jagħmel dikjarazzjoni fattwali dwar materja relatata mal-irwol pubbliku tiegħu li ma tikkorrispondix mar-realtà.”