Wara l-perjodu tal-festi huma ħafna li jirrikorru għall-eżerċizzju fiżiku biex inaqqsu mill-piż żejjed li jkunu tellgħu minħabba ikel b’kontenut għoli ta’ xaħam u xorb b’livell għoli ta’ zokkor.
Iżda l-piż tal-persuna ma jonqosx biss bl-eżerċizzju iżda wkoll bl-għażla ta’ ikel nieklu. War li bosta jkunu ħadha qatgħa meta telgħu fuq il-miżien, bħal daż-żmien jibdew jinbtu r-riżoluzzjonijiet bi pjan ta’ azzjoni li jwassal għal tnaqqis fil-piż.
Ma’ ONE News il-kowċ Matthaeus Grosso spjega li għanda nixorbu aktar ilma mis-soltu minħabba l-alkoħol li nkunu xrobna u nieklu aktar ikel bnin u sustanzjuż bħal frott, ħaxix u prodotti b’kontenut baxx fix-xaħmijiet u l-melħ.
“F’dan iż-żmien inkunu xrobna ħafna alkohol allura dan huwa l-aktar żmien importanti li nixrobu aktar ilma mis-soltu għax l-alkohol innaqsilna mill-ilma fil-ġisem. – Apparti min hekk matul dan il-perjodu ma nkunux kilna daqshekk ikel sustanzjuz – ħafna mill-ikel ikun magħmul mill-imbarazz jekk nistgħu ngħidu hekk għax ikun super-proċessat. Allura ħa jkun importanti li anke nintroduċu aktar min qatt qabel iktar sors ta’ vitami u minerali, ngħidu aħna aktar frott u aktar ħxejjex.”
Is-Sur Grasso spjega li minbarra ikel sustanzjuż jeħtieġ li nżidu l-attività fiżika. Żied li permezz tal-eżerċizzju u ta’ ċertu vitamini, il-persuna tista’ jippreveni milli timrad.
“Studji sabu illi meta inti tagħmel ċertu exercise ta’ intensita’ moderata ħa tibbustja s-sistema immunitarja tiegħek, jiġifieri lil ġisem ħa ssaħħu b’tali mod li jkun kapaċi jiġġieled u anke jitbiegħed minn ċertu mard, mela dik number one. Permezz tal-ikel, hemm diversi ikel li huwa għoli f’vitamini differenti.”
Fuq kollox saħaq fuq il-moderazzjoni u li nieklu ftit minn kollox.
“Ġismek għandu limitu, anke ta’ kemm jieħu vitama Ċ għax inkella mhux se juża, tajjeb. Pero’ apparti minn hekk, hemm il-vitamini kollha l-oħra, allura bħal dejjem antika kemm hi antika din it-tip ta’ tagħlima hija pura verità ilhi aħna għadna bżonn moderazzjoni, għadna bżonn ftit minn kollox.”
Lil hinn minn hekk appella biex inżommu ‘l bogħod mit-tipjip li joħloq perikli serji għal saħħitna.