Illum waranofsinhar il-Prim Ministru Malti Robert Abela se jindirizza l-Konferenza tal-Ġnus Magħquda COP26 li qed titlaqqa’ fi Glasgow biex tindirizza l-fenomenu tat-tibdil fil-klima.
Fl-Iskozja l-Prim Ministru ta’ Malta kellu diversi laqgħat anki informali ma’ diversi mexxejja dinjija fosthom anki mal-President Amerikan Joe Biden, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson, is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti António Guterres.
F’kummenti li ta lbieraħ waqt il-Konferenza, il-Prim Ministru Robert Abela qal li din il-Konferenza hija importanti għad-dinja u l-mexxejja qed jifhmu l-kobor tal-isfida tat-tibdil fil-klima.
Il-Prim Ministru ta’ Malta qal li rridu naħdmu b’kollettiv biex nindirizzaw it-tibdil fil-klima.
Huwa qal li mbagħad kull pajjiż għandu l-miri u l-miżuri tiegħu u hawn semma numru ta’ miżuri ambjentali li għadu kif ħabbar il-Gvern fil-Budget.