Hu stmat li żewġ terzi mill-popolazzjoni Ewropea ma tagħmilx l-ammont t’attività fiżika rakkomandata għas-saħħa.
600,000 mewt fis-sena madwar l-Ewropa huma assoċjati ma’ nuqqas ta’ moviment fiżiku. Kien għalhekk li fl-2012 twieldet il-kampanja ‘NowWeMOVE’, bil-għan li 100 miljun persuna tkun fiżikament attiva sal-2020.
Kull min żar il-Parlament Malti llum u kellu jitla’ jew jinżel sular jew tnejn, ikkontribwixxa ftit. Dan għaliex ġiet irrispettata l-inizjattiva ‘No Elevator Day’ bħala parti mill-kampanja. Kull min jista’ ma jużax il-lift, kellu juża t-taraġ.
Pass sempliċi li jżid l-ammont ta’ eżerċizzju fiżiku li bniedem jagħmel kuljum.
Hawn huma r-riżultati ta’ No Elevator Day tas-sena li għaddiet.
Ritratt: Kurt Vassallo