Tony Sultana assuma l-irwol il-ġdid tiegħu bħala Segretarju Permanenti Ewlieni tal-Gvern wara karriera twil f’diversi karigi fis-Servizz Pubbliku.
Sultana studja l-Matematika u Computing fl-Università ta’ Malta u l-Imaniġġjar fuq livell ta’ Maġistru mill-Università ta’ Anglia fir-Renju Unit.
Il-karriera tiegħu tmur lura għall-1986 miċ-Ċentru tal-Kompjuters tal-Gvern fejn kien strumentali fl-implimentazzjoni ta’ riformi u sistemi ħolistiċi provduta mill-Gvern.
Aktar tard serva f’diversi rwoli maniġerjali fi ħdan il-MITA fejn f’April tal-2013 inħatar bħala Kap Eżekuttiv tal-istess aġenzija.
Huwa ser ikun qed jieħu post Mario Cutajar li rtira minn Kap taċ-Ċivil fejn kien ilu jservi sa mill-2013.