Għal jum ieħor, l-Uffiċċju Meteorloġiku fi ħdan l-Ajruport Internazzjoni ħareġ l-ogħla twissija tat-temp, hekk kif is-sħana qawwija se tkompli tippersisti.
Dan hekk kif illum it-temperatura mistennija tilħaq it-43°C, bit-temperatura mistennija tinħass 44°C.
F’dawn l-aħħar jiem, pajjiżna flimkien mal kumplament tar-reġjun tal-Mediterran qed jesperjenza sħana qawwija.
Sadanittant, l-awtoritajiet tas-Saħħa ħarġu avviż, ilbieraħ, li li t-temperaturi tas-sajf jistgħu jkunu ta’ riskju għas-saħħa.
F’mewġa ta’ sħana, wieħed jista’ jiġi deidrat, u l-ġisem jista’ jisħon iżżejjed.
Dan jista’ jwassal għal eżawriment tas-sħana jew heatstroke, li t-tnejn jeħtieġu trattament urġenti. Il-heatstroke jista’ jikkawża ħsara serja lil ġismek u jista’ saħansitra jwassal għall-mewt.