Illum fil-Kappella ta’ San Ġorġ fil-Kastell Windsor se tingħata l-aħħar tislima lid-Duka ta’ Edinburgh, il-Prinċep Filippu, li miet fid-9 ta’ April fl-għomor ta’ 99 sena.
Waqt is-servizz tal-funeral, li se jkun qed jitmexxa mid-Dekan ta’ Windsor, se jiġu ċċelebrati l-lealtà tiegħu lejn ir-Reġina, is-servizz li ta’ lin-nazzjoni tar-Renju Unit kif ukoll tal-kuraġġ li dejjem wera. L-Arċisqof ta’ Canter-bury se jkun qed jagħti l-barka.
730 membru tal-forzi armati tar-Renju Unit se jkunu qed jieħdu sehem fil-funeral, filwaqt li fil-kappella huma permessibbli li jidħlu 30 persuna biss minħabba r-restrizzjonijiet tal-COVID-19.
Il-kadavru tad-Duka se jkun qed jinġarr f’purċissjoni qasira b’karozza tal-mejtin tal-għamla Jaguar li kien għen fid-disinn tagħha. Ulied id-Duka kif ukoll il-Prinċep William u l-Prinċep Harry se jkunu qed jimxu fil-purċissjoni wara l-karozza.
Intant, ONE se jkun qed ixandar programm speċjali b’rabta mal-funeral tal-Prinċep Filippu, li se jibda wara l-aġġornament tal-aħbarijiet tat-tlieta u nofs.