Illum qed tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Girgor, li tkun iċċelebrata l-Erbgħa ta’ wara Ħadd il-Għid.
Din il-festa tmur lura għas-seklu sittax, meta pajjiżna ħeles mill-marda tal-pesta.
Din il-festa tradizzjonali hija waħda mistennija u l-qofol ta’ din il-festa jkun ġewwa r-raħal tas-sajjieda, Marsaxlokk u anki ż-Żejtun, fil-knisja ddedikata lil dan il-qaddis.
Fid-9:30 ta’ dalgħodu se jsir pellegrinaġġ fiż-Żejtun, li jibda mill-Kappella ta’ San Klement u jmur lejn il-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katarin.
Preżenti għal dan il-pelegrinaġġ se jkun hemm l-Arċisqof ta’ Malta, il-Monsinjur Charles Scicluna.
Fiż-Żejtun ħa jdoqqu żewġ baned ta’ dan ir-raħal; jiġifieri banda Żejtun u l-banda Beland.
Iċ-ċelebrazzjoni ta’ San Girgor tkompli f’Marsaxlokk, fejn hemmhekk se jkun l-għannejja jpaxxu lil dawk preżenti.