Illejla tibda l-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Partit Laburista, fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun.
Din se jkollha tema ta’ ‘Fiduċja f’Pajjiżna’.
Fl-ewwel sessjoni tal-lejla se jitkellmu d-Deputati Mexxejja Chris Fearne u Daniel Micallef.
Wara li tingħalaq din l-ewwel sessjoni tal-Konferenza Ġenerali se tinfetaħ l-elezzjoni għat-12-il membru tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista.
Din il-votazzjoni se tkompli sas-Sibt waranofsinhar.
Imbagħad is-Sibt filgħaxija se jagħlaq din il-Konferenza Ġenerali Annwali, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela.