Jum qabel ma jiġi ċċelebrat Jum il-Mara, Maria Farrugia, illum tagħlaq 112-il sena.
Interessanti l-fatt li Maria Farrugia hi l-aktar mara li qatt għexet fost il-Maltin u l-Għawdxin sa minn meta bdew jinżammu r-rekords mir-Reġistru Pubbliku fl-1863.
Dan ġie nnotat f’kitba fuq il-midja soċjali mill-aġenzija Identità.
Hawnhekk intqal kif Maria hi mill-Mosta, imwielda Galea u kienet iżżewġet lil Ġorġ Farrugia.
Matul ħajjitha esperjenzat iż-żewġ gwerer dinjin u l-bosta avvenimenti storiċi oħra li ra pajjiżna. Fost dawn hemm is-Sette Giugno, l-Indipendenza, ir-Repubblika u l-Ħelsien.