Illum se jittieħed vot ta’ fiduċja fil-Gvern Taljan ta’ Giuseppe Conte, skont kif kien ġie deċiż mis-Senat Taljan xi jiem ilu. Dan minkejja li diversi partiti ewlenin fl-Italja, fosthom il-Forza Italia u l-Fratelli d’Italia, riedu li l-vot jittieħed aktar kmieni.
Il-Partit Demokratiku u ċ-Cinque Stelle fost l-oħrajn kienu vvotaw kontra dan għaliex il-pjan tal-Ministru Matteo Salvini għal koalizzjoni falla. Salvini kien qal ukoll li l-Italja għandha bżonn elezzjonijiet friski malajr kemm jista jkun.
Hu argumenta li l-kriżi politika m’għandix twassal għal gvernijiet strambi u nsista li llum se jkun sfiduċjat.
Salvini qal li ħafna nies qed jitolbuh biex ma jkunx hemm logħob ta’ poter jew gvernijiet teknokratiċi. Spjega li l-aħjar mod biex dan isir u jkun b’mod demokratiku, trasparenti u dirett huwa li jkollok l-elezzjonijiet.