27 immigrant ieħor inżammu arrestati b’rabta mal-irvellijiet fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far fil-lejl tal-Ħadd filgħaxija.
L-immigranti li tressqu l-Erbgħa filgħodu ġejjin mis-Sudan, miċ-Chad, mis-Somalja, mill-Eritrea,u l-Kosta tal-Ivorju. Bl-etajiet tagħhom ivarjaw minn 16 sa 55 sena.
Quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella huma ġew mixlija li m’obdewx l-ordnijiet tal-Pulizija u li kisru l-paċi pubblika.
L-immigranti kollha wieġbu mhux ħatja għall-akkużi fil-konfront tagħhom u inżammu arrestati sabiex jitkomplew il-proċeduri legali fil-konfront tagħhom.
Kien biss Melik Muhamed Tumir ta’ 22 sena mis-Sudan li ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih. Il-Maġistrat ikkundanatu sentenza ta’ sitt ġimgħat ħabs.
Segwi aktar x’ġara lbieraħ hawn taħt:
http://www.one.com.mt/2019/10/22/filmat-jitressqu-l-qorti-ghexieren-ta-immigranti-involuti-fl-irvell-fhal-far-3/