Illum f’pajjiżna se titlaqqa’ l-laqgħa annwali tal-Arraiolos, li fiha tlaqqa’ lill-Kap ta’ Stati mhux eżekuttivi mill-Istati membri tal-Unjoni Ewropea.
Din il-laqgħa se tkun qed issir fid-Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt Valletta.
Din il-laqgħa f’pajjiżna se tkun qed issir fi sfond tal-gwerra fl-Ukrajna – b’dan is-suġġett se jkun fuq l-aġenda ta’ dawn il-kapijiet ta’ stati, u kif ukoll it-tibdil fil-klima.
Il-Kapijiet ta’ Stati li se jkunu preżenti f’pajjiżna huma tal-Estonja, tal-Ġermanja, tal-Greċja, tal-Ungerija, tal-Irlanda, tal-Italja, tal-Latvja, tal-Polonja, tal-Portugall, tas-Slovakkja, u tas-Slovenja.
Din il-laqgħa saret għall-ewwel darba 19-il sena ilu fil-Portugall u saret kull sena, ħlief fis-sena tal-pandemija.
Din hija t-tieni darba li l-laqgħa tal-Arraiolos se tkun qed issir f’pajjiżna, hekk kif kienet saret ukoll fl-2017.